Tnieda charter ġdid għall-pazjenti ftit tal-ħin ilu, bil-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne jħabbar li l-pazjent mhux se jistenna iktar minn tnax-il ġimgħa għall-interventi mediċi urġenti. Każ urġenti huwa meta l-kundizzjoni tista tiddeterjora sal-punt fejn tkun perikolża.
Iż-żmien ta’ stennija għal intervent f’każ elettiv, jiġifieri operazzjoni li normalment ktun skedata, m’għandux jaqbeż it- tmintax-il xahar, wara li jkun deċiż il-bżonn ta’ trattament.
F’każ ta’ emerġenza fejn ħajjet il-pazjent tista ssirilha ħsara b’mod permanenti jekk ma jkunx hemm intervent b’mod immedjat il-kura tingħata mal-ħin tad-dijanożi.
Ir-rimedju jekk dan ma jsirx huwa li pazjent jista’ jitlob biex l-intervent li qiegħed jistenna, isirlu f’istituzzjoni privata, iżda xorta titħallas mill-Istat.
B’kollox ic-charter jindirizza tmien dritt tal-pazjenti li huma; protezzjoni tas-Saħħa, Aċċess għas-servizzi tas-saħħa, Informazzjoni utli, parteċipazzjoni u kunsens infurmat, privatezza, kura sikura, u li jgħaddi l-ilmenti tiegħu.
IĊ-ĊARTER TAL-PAZJENTI JINDIRZZA:
- PROTEZZJONI TAS-SAĦĦA
- AĊĊESS
- INFORMAZZJONI
- PARTEĊIPAZZJONI U KUNSENS INFURMAT
- PRIVATEZZA
- RISPETT
- KURA TAS-SAĦĦA SIKURA
- ĊANS LI JGĦADDI ILMENT
Ic-Charter ħaseb ukoll biex itejjeb il-ħin ta’ stennija fid-Dipartiment tal-Emerġenza.