Joanna Williams ta’ 36 sena mill-Iskozja tressqet il-Qorti akkużata li heddhet uffiċjali tal-Puluzija u manager ta’ lukanda bejn il-lejl tal-Ħamis u l-Ġimgħa li għadda f’San Ġiljan.
Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Kevin Pulis spjega li Williams ma tħallietx tidħol fil-lukanda peress li ma kinitx residenti hemm. Kien dak il-ħin li nħolqot kommossjoni u heddet kemm lill-manager tal-lukanda u anke uffiċjali tal-Pulizija.
L-avukat tal-għajnuna Noel Bartolo spjega kif meta seħħ il-każ hija kienet fis-sakra u saħaq li Williams iddispjaċieha b’dak li ġara u skużat ruħha.
Williams ngħatat l-libertà bil-kundizzjoni li ma tagħmel l-ebda reat fi żmien sena. Dan flimkien ma’ multa ta’ €800 li trid titħallas fi żmien sitt xhur.