Madwar seba ġimgħat oħra l-iskejjel jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom għall-istudenti.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni għaddej bl-aħħar preparamenti, hekk kif is-sena skolastika elfejn u tmintax – elfejn u dsatax se jkun fiha għadd ta’ bidliet.
Minn din is-sena skolastika se jitneħħew l-ezamijiet ta’ nofs is-sena għall-istudenti mill-Year 4 sa form 2. Dawn l-istudenti se jagħmlu biss l-ezamijiet tal-aħħar tas-sena.
Minflok l-ezamijiet ta’ nofs is-sena, il-ħiliet tal-istudenti se jiġu eżaminati b’mod differenti. Bil-marka tax-xogħol li jwettqu tul is-sena se jkollha impatt fl-ezamijiet tal-aħħar tas-sena.
Id-Direttur Ġenerali tal-kurrikulum u tagħlim tul il-ħajja fil-Ministeru tal-Edukazzjoni Stephen Cachia spjega għaliex se ssir din il-bidla.
B’hekk naħbu li jkollna bilanċ tajjeb u firxa wiesgħa ta’ assessjar u u jkun hemm firxa aħjar bejn assessjar u eżamijiet.
Bidla oħra hija li se jibdew jinbidlu is-sillabi għall-istudenti. L-ewwel studneti li se jaraw bidliet fil-sillabu tagħhom se jkunu dawk tal-Kinder 1, Year 3 u Form 1.
L-għan ta’ dawn il-bidliet huwa li jkun hemm enfazi fuq il-ħiliet, l-għarfien u l-kompetenzi li student irid jitgħallem f’sena partikolari.
Is-Sur Cachia qal li dan il-mod ġdid se jgħin lill-istudenti aħjar.
Huma mod ta’ kif niddisinjaw sillabbi. Issa ħa naraw fuq l-għarfien, kompetenzi u l-potenzjal tal-istudent. Ġenituri u għalliema jkunu jafu l-livell tal-istudenti.
Għalliema, ġenituri u studenti jistgħu jiksbu iktar informazzjoni dwar il-bidliet fis-sillabi li se jiġu introdotti minn fuq is-sit nextyear.edu.mt.