Ir-reazzjoni li ta l-Viċi Kap Nazzjonalista tqajjem bosta mistoqsijiet iżda l-aktar, Beppe Fenech Adami, minn xiex qed jibża’?
Bi stil tipikament tiegħu, b’ħafna kliem estrem u sintomatiku ta’ politiku bitter bħal Kap tiegħu, Beppe Fenech Adami nfexx f’attakk fuq ħaddieħor flok wieġeb fuq dan il-każ, flok wieġeb dwar kif se jaġixxi wara li tkellem b’tant passjoni fuq id-Diretturi ta’ kumpaniji fiduciary fl-istess ġurnata li ġie żvelat li fiż-żmien li Fenech Adami kien wieħed mid-Diretturi tal-kumpanija Baltimore, din il-kumpanija ddepożitat fuq medda ta’ 4 snin, aktar minn €5miljuni f’kontijiet tal-Bank of Valletta f’isem Capitalone l-kumpanija tal-persuna fiċ-ċentru tal-każ.
Fi stqarrija, l-Partit Laburista spjega li jagħmel tajjeb li flok jattakka lil ħaddieħor Beppe Fenech Adami jwieġeb u jispjega.