L-ambaxxata tal-Istati Uniti ser timxi minn Tel Aviv għal Ġerusalemm qabel l-aħħar tal-elfejn u dsatax. Dan ħabbru l-viċi president, Mike Pence f’indirizz lill-parlament ta’ Iżrael.
Id-data hija qabel milli stennew xi wħud, meta x-xahar li għadda, l-President Donald Trump iddikjara li Ġerusalemm kienet il-kapitali ta’ Iżrael u ordna l-bidu tat-tħejjijiet għar-rilokazzjoni tal-ambaxxata.