Raġel li jgħix fit-toroq ta’ Edinburgh irrakkonta kif żewġ Żvediżi wettqu ġest nobbli wara li invitawh fid-dar tagħhom għall-jum tal-Milied.
Jimmy Fraser kien qed jittallab fi triq George meta żewġ turisti, Annis Lindkvist u oħtha Emma, staqsewh għad-direzzjoni.
Minn hemm saru ħbieb u taw n-numru tal-mowbajl lil xulxin qabel ma marru lura lejn Samyra.
Fraser tkellem ma’ sit barrani fejn qal li “ma tantx għadda żmien u kont fuq ajruplan lejn l-Iżvezja.”
Ir-raġel li għandu 54 sena qal li Lindkvist għamlitlu l-passaport u saħansitra ħallsitlu t-titjira sabiex ikun jista’ jqatta’ l-ġimgħa tal-Milied mal-familja tagħha.
Fraser spjega kif għall-ewwel vera beda jibża’ għax opportunità bħal din żgir ma tiġix kuljum, iżda kif iltaqa’ magħhom u mal-familja tagħhom induna li kienet esperjenza mill-isbaħ.
“Fejn qatt kont nobsor li wara tant snin nittallab fit-triq kont se nkun fi triqti lejn l-Iżvezja biex niltaqa’ ma’ familja bħal din!,” temm jgħid Fraser.