Minn tal-inqas żewġ persuni mietu fl-istat Amerika ta’ Arkansas wara li tromba qawwija laqtet lil dan l-istat u ħalliet ħerba sħiħa warajha.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Erbgħa u għoxrin persuna jinsabu rikoverati fi sptarijiet u eluf kbar ta’ nies jinsabu mingħajr provvista.
Dan filwaqt li f’Illinois, persuna tilfet ħajjitha wara li kkollassa saqaf ta’ teatru.
L-istati ta’ Arkansas u Missouri ddikjaraw stat ta’ emerġenza filwaqt li miljuni ta’ nies madwar l-istati uniti jinsabu b’sebgħa għajnejn għal temp aktar kiefer.