Minn tal-inqas sitt persuni nqatlu u disgħa ndarbu fi sparatura fiċ-ċentru ta’ Sacramento, fl-istat ta’ Kalifornja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
In-nies ħarbu minn fuq il-post hekk kif bdew jisimgħu sparaturi f’żona mimlija ristoranti u bars. Fuq il-post ntbagħtu bosta ambulanzi.
L-Uffiċjali tal-Pulizija għalqu din iż-żona fis-sigħat bikrin tal-Ħadd. Huma ma taw l-ebda dettalji dwar min seta’ kien responsabbli wara dawn l-isparaturi.