Minn tal-inqas ħames studenti u uffiċjal tas-sigurtà tilfu ħajjithom wara li ntlaqtu minn tiri waqt attakk li seħħ fi skola sekondarja fil-Kenja.
L-attakk allegatament seħħ minn studenti li kien ġie sospiż mill-iskola.
Hu qed ikun akkużat li rritorna fid-dormitorji tal-iskola f’Lokichogio s-Sibt ma’ żewġ persuni oħra.
Hu qed ikun akkużat ukoll li qatel sitt persuni, persuni minn fuq il-post qalu li stupraw żewġ tfajliet u darbu 18-il student ieħor.