L-awtoritajiet Amerikani ikkonfermaw li sparatura f’ Kalifornja ħalliet 9 persuni mejta.
Barra minn hekk, minn tal-inqas żewġ persuni jinsabu f’qagħda kritika.
L-inċident seħħ fil-Park Monterey, viċin il-Belt ta’ Los Angeles, nhar is-Sibt għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija.
Dan hekk kif għexieren ta’ eluf kienu qed jiċċelebraw il-Lunar New Year, permezz ta’ festival fuq medda ta’jumejn, li jsir fl-istess park.
Filmati li ttellgħu fuq Il-midja soċjali, jindikaw preżenza kbira ta’ Pulizija.
Persuni preżenti fuq il-post spjegaw kif inizzjalment ħasbu li l-ħoss tat-tiri kien biss logħob tan-nar.
F’dan l-istadju, għadu mhux magħruf jekk is-suspettat jinsabx fil-kustodja tal-pulizija, minkejja li l-awtoritajiet ikkonfermaw li huwa raġel.
Ritratt: EPA