Minn tal-inqas 5 persuni tilfu ħajjithom, filwaqt li 4 oħra qed isofru minn ġrieħi wara splużjoni li seħħet fi blokka t’appartamenti f’The Hague, fl-Olanda.
Din l-isplużjoni wasslet biex jiġġarfu diversi binjiet fiż-żona.
Is-Sindku tal-belt, Jan van Zanen, qal li għadu mhux magħruf l-ammont ta’ persuni nieqsa.
Għadu mhux magħruf ukoll, x’wassal għal din l-isplużjoni, filwaqt li qed jiġi rrappurtat li għaddiet vettura b’veloċità għoli, ftit wara l-inċident.
Is-Sindku, kompla jgħid kif f’dan l-istadju, huwa diffiċli ħafna biex dawk taħt it-tiġrib isalvaw.
Skont rapporti fil-midja internazzjonali, ingħad li kien hemm madwar 20 ruħ f’dawn l-appartamenti fil-ħin tal-isplużjoni. Il-midja Daniża, min-naħa l-oħra, qed tirraporta kif 5 appartamenti ġġarfu kawża ta’ din l-isplużjoni.