Minn tal-inqas 124 persuna inqatlu wara li ġġarraf ajruplan, mal-inżul fil-Korea t’Isfel.
Din it-titjira ta’ Jeju Air, kellha 181 passiġġier abbord, u d-destinazzjoni kienet minn Bangkok, fit-Tajlandja, għal Muan.
L-ajruplan jirriżulta, li ħabat ma’ ħajt, qabel tkebbes bin-nirien.
S’issa għadu mhux magħruf x’wassal għal dan l-ajruplan biex jiġġarraf, iżda skont dawk responsabbli mit-tifi tan-nar fil-pajjiż, aktarx jirriżulta li daħlu fih xi għasafar li kkawżaw il-ħsara – kif ukoll it-temp ikrah.
S’issa, mit-tiġrif ħarġu żewġ persuni – li huma membri tal-ekwipaġġ – filwaqt li komplew it-tfittxijiet għal aktar persuni.