11-il persuna tilfu ħajjithom waqt maltemp qawwi li ħakem il-Greċja, it-Turkija u l-Bulgarija. Kawża tal-maltempata msemmija Daniel, il-pajjiżi ntlaqtu minn rwiefen u għargħar, fost l-oħrajn.
Anzjana ta’ 87 sena, li kienet ilha nieqsa mit-Tlieta, instabet mejta. Minbarra hekk, raġel ta’ 51 sena, instab mejjet wara li kien inġarr mill-ilmijiet vjolenti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-provvista tal-elettriku ġiet affetwata f’diversi reġjuni, minħabba ħsarat ikkawżati. Dan it-temp estrem qed isegwi ġimgħat ta’ nirien, partikolarment fil-Greċja.