Minn tal-anqas 26 persuna nqatlu f’attakk suwiċida f’lukanda fis-Somalja.
Hu mifhum li karozza li kienet mimlija splussivi instaqset għal ġol-lukanda Asasey fil-port ta’ Kismayo.
Wara dan, numru ta’ persuni jġorru armi tan-nar daħlu fil-lukanda u fetħu n-nar.
L-għaqda terroristika al-Shabab refa’r-responsabbilta għal dan l-attakk.
Fost il-vittmi hemm politiku mill-Kenja u numru ta’ barranin.