Infetaħ outdoor gym fil-Liċeo tal-Ħamrun, xewqa tal-istudenti li nbidlet f’realtà. Dan qalitu l-Kap tal-Iskola, Doriann Portanier Mifsud, li stqarret li kienu l-istudenti stess li għażlu li l-grawnd tal-iskola ma jibqax fi stat ta’ abbandun iżda li jinbidel f’faċilità sportiva u żona ta’ qari.
Dan l-outdoor gym tlesta f’Novembru u ġie inawgurat illum mill-Ministru Evarist Bartolo dan hekk kif propju mil-lum se jibda jintuża mill-istudenti u mill-għalliema fil-ħinijiet tal-iskola. Iżda l-liċeo mhux se tagħlaq il-bibien tagħha għar-residenti tal-Ħamrun dan hekk kif l-outdoor gym se jkun ukoll aċċessibbli għalihom bejn il-17.00 u t-20.00 biex issir aktar promozzjoni ta’ stil ta’ ħajja aħjar.