L-aġenzija internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, Creditreform, żiedet l-outlook tar-rating ta’ pajjiżna minn stabbli għal pożittiv.
Dan filwaqt li kkonfermat rating ta’ A+ għal Malta. It-titjib fl-outlook għal pajjiżna kien dovut għal numru ta’ fatturi. Fost oħrajn l-esperti Ġermaniżi qalu li pajjiżna se jibqa’ b’saħħtu. “Malta will continue to show a strong growth performance,” qalu dawn l-esperti. Żiedu wkoll li “the debt-to-GDP ratio will remain on its firm downward path.”
Ir-rapport ta’ Creditreform isostni li minkejja l-klima internazzjonali kajmana, it-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna se jibqa’ ogħla mill-medja Ewropea. Ingħad li dan se jkun “well above the euro area average, buttressed by robust domestic demand and a well-performing labour market.”
Skont l-esperti Ġermanizi dan it-tkabbir qed iwassal biex il-Prodott Domestiku Gross ras għal ras ta’ pajjiżna qed jaqbeż il-medja ta’ pajjiżi b’rating ta’ A u li kważi sar jilħaq dak tar-Renju Unit u Franza.
Dan qed iwassal biex il-konsum tal-familji laħaq livelli rekord minn mindu bdiet tinġabar l-istatistika mill-Eurostat fuq il-konsum f’Malta.
Fis-snin li ġejjin it-tkabbir ekonomiku f’pajjiżna mistenni jibqa’ ferm ogħla minn dak f’pajjiżi ġirien. Waħda millkawżi ewlenin se tkun iż-żieda qawwija fl-investiment kemm mis-settur privat kif ukoll dak pubbliku. L-esperti Ġermanizi nnutaw ukoll li mistennija żieda qawwija fl-użu ta’ fondi Ewropej, kważi d-doppju meta mqabbel mas-sena preċedenti. Ir-rapport tal-Creditreform jirrimarka wkoll li “by EU Commission forecasts, Malta will record the highest potential growth in the EU-28 over 2019-21.”
Rigward il-finanzi pubbliċi, l-esperti Ġermanizi jbassru li dawn se jibqgħu f’surplus kif ukoll li se jkompli jonqos id-dejn minkejja ż-żieda fl-ispiża kapitali tal-Gvern. Ir-rapport jilqa’ wkoll id-diversi miżuri li qed jieħu l-Gvern biex jitqassam aħjar il-ġid nazzjonali. Fil-fatt, ir-rapport jgħid li “the budgetary impact of measures to address housing affordability, pension adequacy, aiding vulnerable individuals…is estimated at approximately 0.4% of GDP in 2019/20.” Dan minbarra diversi miżuri soċjali oħrajn, fosthom diversi proġetti finanzjati mill-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali.
Filwaqt li faħħru l-ekonomija Maltija, l-esperti tal-Creditreform jgħidu wkoll li “we continue to assess Malta’s institutional quality as generally high.” Huma jirrimarkaw li bil-kejl tal-governanza magħmul mill-Bank Dinji joħroġ li “Malta’s institutional setup is broadly aligned with the median of our A-rated sovereigns.” Ir-rapport jinnota l-ħidma tal-Gvern biex jissaħħu l-istituzzjonijiet u jiżdiedu
r-riżorsi tal-awtoritajiet regolatorji f’pajjiżna.
L-esperti Germaniżi jikkonkludu li “we assume that …macroeconomic performance, institutional
structure, fiscal sustainability and foreign exposure are likely to improve over the next 12-24 months.” Dan hu ċertifikat pożittiv li jindika li l-fiduċja f’pajjiżna qed tkompli tissaħħaħ. Fiżżmien li ġej se tkompli l-ħidma biex l-ekonomija ta’ pajjiżna tibqa’ tissaħħaħ u twassal għallġid akbar għall-familji tagħna.