Wara d-dehra tagħhom f’San Remo din il-ġimgħa, il-kantanti Mahmood u Blanco leħqu l-ewwel ħamsa globalment fuq spotify bil-kanzunetta ”Brividi”. Il-Kanzunetta ġiet ‘streamed’ aktar minn 3.5 miljun darba matul l-aħħar 24 siegħa.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/02/03133648/MAHMOOD_1-1.jpg)
Mahmood u Blanco spiċċaw l-ewwel mill-voti tal-ġurija tal-ġurnalisti fl-ewwel serata tal-Festival ta’ San Remo ta’ din is-sena, filwaqt li fil-klassifika ġenerali, jinsabu fit-tieni post wara Elisa.
Id-duo qed jikseb ukoll numri kbar fuq YouTube. Il-vidjo mużikali għall-kanzunetta s’issa rawh aktar minn 3.3 miljun
Segwi ‘Brividi’ hawn: