Għal aktar minn sentejn, missier u bint qasmu l-istorja tagħhom dwar kif bidlu s-sess minn omm u iben.
Eric Maison, li għandu 39 sena, beda t-transizzjoni b’mod soċjali biex jinbidel u jiġi ta’ sess maskili fis-sena 2015, dan wara li bintu Corey ta’ 15-il sena bdiet it-trattament tal-ormoni biex issir tfajla.
“Il-kuraġġ li għandha Corey għenitni biex naċċetta u noħroġ li jien transesswali,” qal Maison li hu residenti f’Michigan.
F’Ġunju tal-2016, ABC News tkellem ma’ Maison, li dak iż-żmien kien magħruf bħala Erica, u mat-tifla Corey biex taqsam l-istorja dwar l-esperjenza tagħha bħala żagħużgħa transesswali u l-messaġġ tagħha kontra l-ibbuljar.
Corey, li dak iż-żmien kellha 14-il sena, twieldet bl-istess isem iżda kienet ta’ sess maskili. Corey ġiet identifikata bħala sess femminili minn meta kellha sentejn, Maison spjega f’Ġunju li għadda.
Is-sena l-oħra sħab Corey li kienu subien bl-ebda mod ma riedu jaċċettawha, iżda llum l-ġurnata aċċettawha bħala waħda mill-ħbieb tagħhom.
Issa Eric Maison, li xorta waħda għadu jirrispondi bħala “ma”allavolja jidentifika lillu nnifsu bħala ta’ sess maskili, qed jaqsam l-esperjenza tiegħu bħala transesswali.