Il-mediċini f’Malta m’għolewx.
Stqarr dan il-President tat-taqsima tal-farmaċewtika tal-Kamra tal-Intrapriżi ż-Żgħar u Medji, Mario Debono f’kummenti ma’ dan l-istazzjon wara rapporti dwar prezzijiet tal-mediċini f’dan iż-żmien tal-pandemija.
Huwa spjega: “Ma jidhirx li hemm xi għoli tal-mediċina. M’għola xejn prattikament.”
Is-Sur Debono saħaq li l-Coronavirus setgħet ħolqot sfida fuq l-importazzjoni tal-prodotti fosthom l-mediċini.
Dan hekk kif il-pajjiżi kollha madwar id-dinja jkollhom bżonn il-mediċina u prodotti essenzjali.
Huwa sostna: “Ħafna drabi l-prezzijiet jgħolew barra minn Malta minħabba s-supply. U int għandek il-kwistjoni tal-freight.”
Debono saħaq li kemm-il darba jgħolew xi prezzijiet tal-mediċina l-għoli fil-prezz se jkun wieħed raġonevoli fid-dawl li l-pandemija ġġib bosta restrizzjonijiet.
Huwa serraħ moħħ il-poplu Malti li għaż-żmien illi ġej, il-provvista tal-mediċina f’Malta se tkun waħda adegwata.
Is-Sur Debono kompla jispjega: “Aħna qed naħdmu biex nistockjaw kemm il-Gvern li għandu bżonn il-mediċina l-poplu u anke l-Gvern. S’issa ma jidhirx li se jkun hemm xi għoli fil-prezzijiet, jekk ikun hemm bi ftit.”