Diżgwid intern fi ħdan il-Partit Nazzjonalista qed jinħass saħansittra fil-Kunsilli Lokali.
Illum waqt il-laqgħa tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan, il-kunsillier Joseph Mary Galea għarraf lill-membri kollha tal-Kunsill li se jkun qed jaqleb għal kunsillier indipendenti u mhux iktar tal-Partit Nazzjonalista.
Dan se jkun ifisser li għall-ewwel darba kemm ilhom jeżistu l-kunsilli lokali f’Malta, il-maġġoranza tal-PN fuq Ħal Balzan tinżel minn 4-1 għal 3-1-1, bi tliet kunsilliera Nazzjonalisti, wieħed tal-Partit Laburista u wieħed Indipendenti.