Ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar mhux essenzjali barra mir-Renju Unit se jitnaqqasu mis-6 ta’ Lulju li ġej. Dawk kollha li se jkunu qed jivvjaġġaw lejn ċerti pajjiżi Ewropej mhux se jkollhom għalfejn joqogħdu 14-il jum kwarantina meta jirritornaw.
Huwa maħsub li wħud mill-pajjiżi jinkludu Spanja, Franza, il-Greċja u l-Italja fost oħrajn, il-lista tal-pajjiżi kollha se tkun ippubblikata l-ġimgħa d-dieħla.
Kelliem għall-Gvern Ingliż qal li t-tnaqqis tar-restrizzjonijiet se jagħti opportunità liċ-ċittadini tar-Renju Unit biex imorru għal btala fis-sajf. Madanakollu, it-tnaqqis tar-restrizzjonijiet jiddependi fuq kemm ir-riskji jibqgħu baxxi.