Quddiem 3,500 persuna, ħafna minnhom persuni barranin li jaħdmu fil-qasam tal-Blockchain, tas-settur finanzjarju u dak legali, il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza d-Delta Summit. Summit li huwa l-avveniment uffiċjali tal-Gvern Malti għall-Blockchain u l-Innovazzjoni.
Minn Tokyo għal Torino, minn Hong Kong għal Helsinki, minn New York għal Nairobi. Pajjizna, issa ingħaqad ma dawn il-pajjizi fejn tidħol il-Blockchain.
Bil-Prim Ministru Joseph Muscat bi kburija qal li minn kull rokna tad-dinja, il-kelma Blockchain issa hija assoċjata ma’ Malta.
“B’umiltà ngħid, li Malta mhiex biss l-ewwel u l-aqwa fl-Ewropa, kif xtaqna li nkunu. Imma l-aqwa fid-dinja – kif ħadd qatt ma stenna li se nkunu.”
Dr Muscat irrimarka li Malta għandha l-ewwel qafas regolatorju fid-dinja bi tliet liġijiet li joffru ċertezza legali lil dawk li joperaw fis-settur tal-Blockchain u dan jagħmel lill-pajjizna il-Gżira tal-Blockchain:
“We were not the first out of the starting line. We had to make up for lost time and overtake competition. But as in any race, the winner is not who starts first, but who finishes first”.
Il-Prim Ministru Muscat innota l-isfidi li ġġib magħha l-qalba għal ekonomija diġitali, iżda Malta se tibqa’ pożittiva fid-dawl ta’ dan u toħroġ opportunitajiet mill-isfidi. Saħaq li l-istat għandu jkun proattiv fl-irwol tiegħu bħala regolatur favur il-konsumatur u l-intrapriża.
Fisser, kif bħala pajjiż ma nistgħu niefqu qatt ninbidlu għax dan iwassal għall-opportunitajiet kbar għas-soċjeta.
Quddiem intraprendituri u persuni barranin li jaħdmu fil-qasam tal-innovazzjoni diġitali, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar il-pass li jmiss għal pajjizna. Ħolqien tas-settur ekonomiku ieħor ġdid, dak tal-Intelliġenza Artifiċjali.
B’pajjizna irid ikun fost l-ewwel pajjiżi li se jkollu l-ewwel regolamenti f’dan il-qasam.
“Nevertheless, not only can we not stop change, we have to embrace it with positiveness since it provides society with huge opportunities. To do so, the state needs to be proactive in its role as sensible, business friendly, and consumer centric regulator. We intend leading the way there”.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li jiftakkar meta lura fl-2017 kien talab lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri sabiex iwassal lil Malta biex tkun l-ewwel ġurisdizzjoni fl-Ewropa li jkollha qafas regolatorju.
Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri spjega l-vjaġġ li bdiet Malta sena ilu sakemm wasslet għal fejn tinsab illum:
“I was thrilled and energised that there is a Prime Minister that has his will to innovative our economy. And it was exactly this time a year when this chapter starting to unfold”
Illum l-industrija għandha regolamentazzjoni sensibbli li tagħti suq integru, protezzjoni lill-konsumatur u stabilità finanzjarja mingħajr ma toħnoq l-innovazzjoni.