Wara li mmodernizzaw l-librwerija reġjonali ta’ San Bastjan, il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi ħadem fuq il-librerija San Ġorġ, li kien għad kellha kotba fuq l-ixkafef ta’ 40 sena ilu.
Investew ukoll bħala Kunsill, biex ħallsu librar li jkun jista’ jiftaħ din il-librerija erba’ darbiet fil-ġimgħa. Attwalment kienet qed tinfetaħ darba fil-ġimgħa biss. Il-librerija ħa tibda tiftaħ nhar ta’ Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa bejn l-16:00 u s-19:00, u nhar ta’ Sibt filgħodu bejn it-08:00 u 12:00.
Bejn wieħed u ieħor tpoġġew kotba b’valur ta’ €7,000 li huma tajbin għal min għandu d-dyslexia. Apparti kotba, investew f’għodod kreattivi għat tfal, bħal abakus tal-injam u blocks.
Is-Sindku Rosianne Cutajar qalet li Ħal Qormi hija l-unika lokalità f’Malta li għandha żewġ libreriji, u l-edukazzjoni dejjem tpoġġiet fiċ-ċentru ta’ ħidmet il-Kunsill.