Iż-żewġ atturi ta’ Game of Thrones, Kit Harington u Rose Leslie ħadu l-engage, u issa din l-aħbar ġiet ikkonfermata.
Dan hekk kif kien hemm spekulazzjoni kbira, iżda din l-aħbar ġiet ikkonfermata wara li ħabbru dan il-pass b’mod uffiċjali fil-ġurnal Times.
Il-koppja ltaqgħu waqt li kienu qed jieħdu sehem fis-serje fl-2012, fejn Kit għandu l-irwol ta’ Jon Snow u Rose ta’ Ygritte.
L-irwol ta’ Leslie ntemm sentejn ilu hekk kif il-karattur tagħha spiċċat maqtula, filwaqt li Harington tista’ tgħid hu l-istilla tas-serje.