Halima Aden, tfajla ta’ 19-il sena, bħalissa tinsab fuq fomm kulħadd dan hekk kif għadha kif immudellat liebsa l-hijab waqt ix-xow tal-moda ta’ Kanye West.
Il-mudella li hi nofsha Somalja u nofsha Amerikana, iffirmat kuntratt mal-kumpanija IMG Models ftit qabel ma ngħatat iċ-ċans biex timmudella bil-ħwejjeġ iddisinjati mill-kantant famuż, ir-raġel ta’ Kim Kardashian, Kanye.
Il-mudella żagħżugħa li twieldet f’kamp tar-refuġjati libset il-hijab u kif ukoll kowt twil tal-fur għall-ewwel mixja tagħha.
Halima dehret l-aħħar fuq il-midja lura f’Novembru meta libset il-hijab u kif ukoll burkini bħala malja, waqt il-kompetizzjoni ta’ Miss Minnesota, il-post fejn bħalissa tgħix.