In-Nutar Myriam Spiteri Debono twieldet ir-Rabat Għawdex fil-25 ta’ Ottubru tal-1952 u għandha 71 sena.
Hi kienet l-ewwel u l-unika mara li serviet fil-kariga ta’ Speaker tal-Parlament Malti, bejn l-1996 u l-1998.
In-Nutar Myriam Spiteri Debono tgħix Birkirkara.
Fil-karriera politika tagħha, Spiteri Debono kkontestat erba’ elezzjonijiet ġenerali mal-Partit Laburista, fejn ikkontestat l-elezzjonijiet ta’ bejn l-1981 u l-1996.
Bejn l-1993 u l-1996, Miriam Spiteri Debono serviet bħala President tal-Għaqda Nisa Laburisti.
Meta f’Ottubru tal-1996, il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni ġenerali, il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, Alfred Sant, ppropona lin-Nutar Spiteri Debono biex tkun Speaker tal-Parlament.
Imbagħad fil-5 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena, il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Alfred Sant ipprona lil Spiteri Debono għal din il-kariġa importanti.
S’issa n-Nutar Myriam Spiteri Debono hi l-unika Speaker femminili tal-Kamra tar-Rappreżentanti.
F’diskors li għamlet meta ġiet maħtura f’din il-kariga, hi kienet qalet li l-għażla tagħha hi xhieda tal-impenn tal-pajjiż biex ikun hemm il-preżenza attiva tan-nisa fl-ogħla istituzzjonijiet tal-pajjiż.
In-Nutar Myriam Spiteri Debono miżżewġa lil Anthony u għandha tlett itfal.