16029, reklut Palmier, u għandi 20 sena.
Hekk jintroduċi lilu nnifsu dan iż-żagħżugħ Malti, li rrakkonta l-esperjenza tiegħu bħala rekluta fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta.
Qabel kien jaħdem il-ħadid, iżda tħajjar għal suldat. Jgħid li l-combat training huwa intensiv ħafna, kif inhu l-tqandil tal-armi u d-drill.
Iżda lil min jitħajjar jgħidlu: “taqtax qalbek, żomm saqajk mal-art”.
Jgħid li biex tidhra fil-bidu mhux faċli, anke l-element ta’ għajjat fil-bidu jkun xi ftit stramb. Iżda Palmier jirrakkonta s-sens ta’ dixxiplina u lealtà li issa qed jesperjenza.
Segwi l-filmat, u jekk tixtieq issir suldat aqra hawn.