Din il-ġimgħa, il-Gvern mistenni jippubblika Green Paper għall-konsultazzjoni li titratta l-użu tal-mowbajl biex ċittadin jirċievi servizz tal-Gvern.
Din il-Green Paper għandha twassal biex pajjiżna jkollu strateġija nazzjonali għall-Mobile Government.
Filfatt fil-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku bdiet konsultazzjoni pubblika dwar mezzi ġodda ta’ kif il-Gvern jista’ joffri s-servizz tiegħu liċ-ċittadin. Fosthom permezz tal-użu ta’ apps fuq il-mobile, li permezz tagħhom iċ-ċittadin ikollu aċċess għas-servizzi tal-Gvern 24 siegħa kuljum.
Il-konsultazzjoni, organizzata mill-Aġenzija tal-informatika tal-Gvern – il-MITA – rat il-parteċipazzjoni ta’ numru ta’ studenti minn organizzazzjonijiet varji fosthom milll-oqsma tas-saħħa, l-inġinerija, t-teknoloġija tal-informatika u l-midja.
Matul żewġ workshops li ġew organizzati biex tiġi spjegata l-istrateġija tal-Gvern għal Mobile Government, il-MITA analizzat l-preferenzi tal-istudenti, l-pubbliku, u numru t’għaqdiet mhux governattivi, fejn kien analizzat kif permezz tal-użu tat-teknoloġija, b’mod partikolari tal-mobile, il-komunikazzjoni bejn il-Gvern u ċ-ċittadini tista’ titjieb. Tony Sultana, Chairman eżekuttiv tal-Mita, qal li dan għandu jsir filwaqt li tiżdied il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Gvern.