“Minn ġot-Taġen għal ġon-Nar” hija kummiedja teatrali f’żewġ atti ispirata minn play ta’ Trevor Zahra, iżda issa sarilha arranġament ta’ kitba mill-ġdid u karattri ġodda miktuba minn David Muscat u Loralie Scerri.
Din se ssir b’risq id-Dar tal-Providenza fl-Istitut Kattoliku fil-Furjana fit-2 ta’ Diċembru fis-6.00 p.m. u fit-3 ta’ Diċembru fil-5.00 p.m.
Jieħdu sehem residenti tal-istess Dar tal-Providenza, ħaddiema u atturi oħrajn stabbiliti, taħt id-direzzjoni tal-istess David Muscat.
Fl-istorja tal-kummiedja nsibu żewġ ħabsin li jipprovaw jaħarbu. Sadanittant fil-Kunvent Luminatae Vitae jirċievi ittra biex fih isir kunċert. Iżda min ikun se jerġa’ jispiċċa l-ħabs? Dan kollu hu magħġun f’din il-kummiedja kollha daħq fid-Dar tal-Providenza.
Biljetti jinkisbu minn fuq is-sit www.buytickets.mt.