Minkejja li jinsab l-isptar, Jake Vella xorta qed jaħdem biex jorganizza attivitajiet li jgħinu lil dawk l-aktar fil-bżonn.
Din id-darba b’risq l-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati, l-AAA.
Jake Vella huwa tifel magħruf għad-determinazzjoni tiegħu minħabba l-problemi ta’ saħħa li qed jaffaċċja.
Minn ġo sodda fl-isptar, qed jorganizza mixja madwar l-Isptar Mater Dei mal-klieb, iżda appella li min m’għandux klieb, xorta jista’ jattendi.
Biex wieħed jieħu sehem irid iħallas donazzjoni ta’ ħames ewro.
L-attività se ssir nhar il-Ħadd, 18 ta’ Diċembru, fl-10:30 ħdejn l-entratura tal-Isptar Mater Dei.