Ritratt li tpoġġa minn persuna fi grupp Malti fuq Facebook, juri ġurdien jiekol flimkien ma’ qtates oħra.
Minn tfulitna kbirna naħsbu li l-ġurdien u l-qattus huma għedewwa ta’ xulxin. Dan għax forsi dejjem tgħallimna li l-qattus jikkaċċja l-ġrieden u anke għax forsi l-cartoon Tom u Jerry penġielna stampa f’moħħna li l-qattus u l-ġurdien dejjem jiġġieldu u jiġru wara xulxin.Iżda din ix-xena ssorprendiet lil bosta, b’mod partikolari min inzertahom ħdejn xulxin, hekk kif żgur mhux forsi mhix xena tas-soltu.
Bosta kkummentaw li l-qattus ma tantx fih kaċċatur, oħrajn irrimarkaw li l-qattus ma attakkax lill-ġurdien għax hu mitmugħ sew u oħrajn iggustawhom.