Is-surmast Għawdxi Colin Attard żar il-Messiku bħala konduttur tal-Orquesta Sinfonica del Estado de Mexicofor għall-kunċert finali tal-orkesta għal din is-sena. L-Orkestra għażlet lis-surmast Għawdxi wkoll għax kienet qed tiċċelebra l-45 anniversarju tagħha.
Attard huwa l-fundatur u direttur ta’ Gaulitanus Choir u d-direttur artistiku ta’ Gaulitana: A Festival of Music. Dan apparti li huwa d-direttur mużikali ta’ Teatru tal-Opra Aurora u tal-Leone Philharmonic Society.
Il-kunċert ittella’ f’Sala Felipe Villanueva f’Toluca, fejn Attard ġie intervistat mis-sit Diario del Estado de México.
Fost bosta attivitajiet oħra, Is-Surmast Attard kellu l-opportunità li jattendi l-kunċert tal-Milied fil-Katidral ta’ Toluca mtella’ bil-għan li jgħin tfal bil-bżonn.