It-tliet kandidati għal Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista indirizza Kungress Reġjonali bit-tema “Mutur Ekonomiku”. Nirrapportaw fl-ordni li tkellmu.
Il-Ministru Chris Cardona qal li hemm bżonn li jkun hemm emfasi fuq niċeċ tat-turiżmu varji għal Għawdex, biex niżguraw li li Għawdex jimmassimizza l-potenzjal b’saħħtu li għandu. Stqarr li hemm bżonn li jkunu indirizza aktar bis-saħħa l-bżonnijiet tal-Għawdxin. L-aħjar li jistgħu jagħtu pariri dwar dan, sostna l-Ministru Cardona, huma l-Għawdxin stess. “Aħna niġu biex nisimgħu, nitgħallmu u naraw li nindirizzaw l-inġustizzji lil ħafna Għawdxin”, kompla Cardona, filwaqt li tkellem dwar kemm il-fiduċja tal-Għawdin hija kruċjali.
Il-Ministru Owen Bonnici qal li kien hemm min ftaħar li Għawdex hija propjetà tal-Partit Nazzjonalista, iżda fl-aħħar elezzjoni l-Għawdxin taw risposta. Meta tafda lil xi ħadd, qal Bonnici, dak ix-xi ħadd għandu piż fuq spalltu biex iroddha lura b’ħafna xogħol. F’dan is-sens, l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew kienu test li minnu l-Partit Laburista għadda, żied Bonnici. “Komplejna nżidu l-fiduċja tal-Għawdxin, li żdiedet għax kien hawn ix-xogħol f’Għawdex.” Saħaq dwar il-bżonn li Għawdex ma jkunx dipendenti imma jkun niċċa għaliha li toħloq il-ġid. Tgħallem dwar il-ħtieġa li jkun qrib delegati.
Stefan Zrinzo Azzopardi qal li meta ġġeddet l-istruttura tal-Partit, kienet priorità li Għawdex jingħata trattament partikolari. Qal li huwa essenzjali li b’mod regolari jkun imlaqqa’ l-kungress f’Għawdex; “hija opportunità li ngħidu lill-Għawdxin dak li nemmnu.” Illum, sostna Zrinzo Azzopardi, qedin naraw kif it-triq u l-wiegħda solenni li fassal il-Partit Laburista għal Għawdex qed titwettaq. Filwaqt li qal li jeħtieġ inħarsu lejn il-ġid li qed iseħħ, hemm bżonn ukoll li ma jinħolqux xogħolijiet fis-setturi li nafu tradizzjonalment, imma anke f’setturi ġodda. Irrikonoxxa l-interess ta’ Harvard f’Għawdex, li se jkompli jżid is-sinnifikanza tal-gżira fuq il-mappa. “Ħaddiehor kien jghid Ghawdex tiegħi, aħna ngħidu lill-Għawdex nagħtuh iżjed għax jixraqlu aħjar” temm jgħid.