Minn għada it-Tnejn 25 ta’ Settembru 2017 : Skeda aktar b’saħħitha kemm fuq ONE u ONE Radio, li se tkun qed iżomm l-kontinwità tal-aħħar skedi, b’taħlita ta’ programmi għal gosti ta’ kulħadd.
Dan permezz ta’ programmi ġodda u oħrajn stabbiliti li se jżommu kumpanija mill-aqwa lit-telespettaturi u s-semmiegħa tal-istazzjonijiet ONE.
Fl-aħħar xhur, sar ħafna xogħol minn wara l-kwinti biex l-istazzjonijiet tagħna jkomplu jissaħħu b’għan ewlieni jkun wieħed: dak li jkun l-istazzjon tal-familja kollha.