Illum jidħol fis-seħħ it-tibdil li t-Transport Malta kienet ħabbret, b’rabta mal-punti u l-multi relatati mal-kontravenzjonijiet fit-toroq.
Dan qed isir fi sforz biex jonqsu l-inċidenti fit-toroq – tant hu hekk li l-multi li għolew huma biss għal dawk il-kontravenzjonijiet li nstab li jipperikolaw il-ħajja tan-nies fit-toroq.
Fost it-tibdil, il-multa għal sewqan fuq dawl aħmar qed tiġi riveduta minn mitt ewro għal mitejn ewro. Il-multa għas-sewqan eċċessiv b’iktar minn 15-il kilometru ‘l fuq mil-limitu se titla’ minn disgħa u sittin ewro u tmienja u tmenin ċenteżmu għal mitt ewro.
Il-multa għal apparat fil-widnejn, jew l-użu ta’ apparat bħall-mobile, se tirdoppa minn mitt ewro għal mitejn ewro. Il-punti mnaqqsin għal din il-kontravenzjoni, li s’issa kienu bejn 3 u 6 punti, issa jvarjaw bejn 6 u 9 punti.
Kontravenzjoni | Bħalissa | Kif se tinbidel | |||||||
Sewqan fuq dawl aħmar | €100 | €200 | |||||||
No-entry | €46.59 | €75 | |||||||
Sewqan eċċessiv b’iktar minn 15km/h ‘l fuq mil-limitu | €69.88 | €100 | |||||||
Ġarr u tagħbija ta’ vireg jew xbieki tal-ħadid li ma jkunux imwaħħlin sew | €116.47 | €200 | |||||||
Nuqqas ta’ użu ta’ tailboard, spillage jew vettura mgħobbija żżejjed | €46.69 | Mhux inqas minn €250, iżda mhux aktar minn €500 | |||||||
Ingombru (slipways u mollijiet) | €104.82 | €104.82 – emenda fil-kontravenzjoni | |||||||
It-tfixkil tal-fluss ħieles tat-traffiku fi kwalunkwe triq inkluż kull tip ta’ ostakoli, bħal l-ostruzzjoni ta’ karozza tal-linja, l-ostruzzjoni ta’ karreġġjata ta’ prijorità, id-dħul sikur u, jew l-ħruġ għal waqfiet tal-karozzi tal-linja (il-ħolqien ta’ triq mhux awtorizzata jew għeluq tal-karreġġjata, eċċ) | €104.82 | €104.82 – emenda fil-kontravenzjoni | |||||||
Tagħbija ta’ passiġġieri zejda li jaqbżu dak stipulat fiċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vettura (għal kull persuna żejda) | €11.65 | €50 (għal kull persuna) | |||||||
Użu ta’ vettura differenti minn dak permess skont il-liċenzja fil-każijiet ta’ kiri jew profitt | €34.94 | €200 | |||||||
Iżżomm u, jew tagħmel użu ta’ apparat mowbajl li jinżamm fl-idejn jew kwalunkwe apparat ieħor simili li jinżamm fl-idejn, waqt li wieqaf fit-traffiku u, jew sewqan ta’ kwalunkwe vettura bil-mutur fil-kategoriji M1, N1 inkluż kwalunkwe motor cycle u, jew kwalunkwe e-kickscooter | €100 | €200 | |||||||
L-ilbies jew l-użu ta’ apparat handsfree fil-widna jew fuq il-widna jew apparat simili fil-widna li jkun l-eqreb it-tieqa waqt li jkun qiegħed fit-traffiku u, jew isuq vettura bil-mutur fil-kategoriji M1 jew N1 | €100 | €200 | |||||||
L-ilbies jew l-użu ta’ apparat handsfree fil-widna jew fuq widna jew apparat simili fiż-żewġ widnejn waqt li jkun qed wieqaf fit-traffiku u, jew isuq kwalunkwe motor cycle u, jew e-kickscooter | €100 | €200 | |||||||
Iżżomm u, jew tagħmel użu ta’ apparat mobajl li jinżamm fl-idejn waqt li wieqaf fit-traffiku u, jew fis-sewqan ta’ vettura bil-mutur M1, M2 jew M3 għall-kiri u, jew vettura bil-mutur N2 jew N3 jew kwalunkwe makkinarju ieħor li jaħdem b’mod mekkaniku għall-ġarr ta’ merkanzija | €100 | €300 | |||||||
L-ilbies jew l-użu ta’ apparat mingħajr idejn fil-widna jew fuq il-widna jew kwalunkwe apparat simili fil-widna li jkun l-eqreb it-tieqa waqt li l-vettura tkun wieqfa fit-traffiku u, jew issuq vettura bil-mutur M1, M2 jew M3 għall-kiri u, jew vettura bil-mutur N2 jew N3 jew kwalunkwe makkinarju ieħor li jaħdem b’mod mekkaniku għall-ġarr tal-merkanzija L-ilbies jew l-użu ta’ apparat fil-widna jew fuq il-widna handsfree jew kwalunkwe apparat simili fiż-żewġ widnejn waqt li jkun wieqaf fit-traffiku u, jew isuq kwalunkwe motorcycle u, jew kwalunkwe e-kickscooter għall-kiri | €100 | €300 | |||||||
€100 | €300 | ||||||||
No | Reat | Preċedenti | Kif se tinbidel | ||||||
1 | Iżżomm u, jew tagħmel użu minn mowbajl li jinżamm fl-idejn jew kwalunkwe apparat ieħor simili li jinżamm fl-idejn, waqt li wieqaf fit-traffiku u, jew sewqan ta’ kwalunkwe vettura bil-mutur fil-kategoriji M1, N1 inkluż kwalunkwe motor cycle u, jew kwalunkwe e-kickscooter | 3-6 | 6-9 | ||||||
2 | L-ilbies jew l-użu ta’ apparat fil-widna jew fuq il-widna jew apparat simili fil-widna li jkun l-eqreb it-tieqa waqt li jkun wieqaf fi-traffiku u, jew isuq vettura bil-mutur fil-kategoriji M1 jew N1. | 3-6 | 6-9 | ||||||
3 | Ilbies jew użu ta’ apparat fil-widna jew fuq b’widna handsfree jew apparat simili fiż-żewġ widnejn waqt li jkun wieqaf fit-traffiku u, jew isuq kwalunkwe motor cycle u, jew e-kickscooter | 3-6 | 6-9 | ||||||
4 | Iżżomm u, jew tagħmel użu minn mowbajl li jinżamm fl-idejn waqt li wieqaf fit-traffiku u, jew fis-sewqan ta’ vettura bil-mutur M1, M2 jew M3 għall-kiri u, jew vettura bil-mutur N2 jew N3 jew kwalunkwe makkinarju ieħor li jaħdem b’mod mekkaniku għall-ġarr ta’ merkanzija | 3-6 | 6-9 | ||||||
5 | L-ilbies jew l-użu ta’ apparat handsfree fil-widna jew fuq il-widna jew kwalunkwe apparat simili fil-widna li jkun l-eqreb għat-tieqa waqt li l-vettura tkun wieqfa fit-traffiku u, jew issuq vettura bil-mutur M1, M2 jew M3 għall-kiri u, jew vettura bil-mutur N2 jew N3 jew kwalunkwe makkinarju ieħor li jaħdem b’mod mekkaniku għall-ġarr tal-merkanzija | 3-6 | 6-9 | ||||||
6 | L-ilbies jew l-użu ta’ apparat fil-widna jew fuq il-widna mingħajr idejn jew kwalunkwe apparat simili fiż-żewġ widnejn waqt li wieqaf fit-traffiku u, jew isuq kwalunkwe motor cycle u, jew kwalunkwe e-kickscooter għall-kiri jew għall-ħlas | 3-6 | 6-9 |