Minn għada l-Ħadd, Infrastruttura Malta se tkun qed terġa’ tiftaħ it-triq li minn Ħal Farruġ twasslek lejn Ta’ Kandja.
Il-bini mill-ġdid ta’ din it-triq tlesta fuq l-ewwel nofs tar-rotta b’medda ta’ aktar minn tliet kilometri.
Sakemm jitlesta l-proġett tal-junction il-ġdida biswit l-ajruport, din ir-rotta se terġa’ tibda tgħaqqad lil Ħal Luqa u Ħal Qormi mal-Imqabba, il-Qrendi u ż-Żurrieq fost l-oħrajn mingħajr l-bżonn li vettura tagħmel użu minn Vjal l-Avjazzjoni.