Minn għada se jorħsu l-prezzijiet taċ-ċilindri tal-gass LPG. Dan ikkonfermah il-Ministeru għall-Enerġija u l-Ilma fi stqarrija.
Ċilindru ta’ 12kg issa se jiġi jiswa €15, fejn qabel kien €16 – roħs ta’ €1.
Ċilindru tal-gass tal-25kg se jkun ta’ €31.25 minflok €33.30, jiġiferi roħs ta’ €2.05.
Il-Ministeru għall-Enerġija qal li dan qed isir għaliex il-Gvern minn dejjem ħadem bil-għaqal u kellu pjan ċar f’dan is-settur, fejn se jkunu qed igawdu minnu l-familji Maltin u Għawdxin u n-negozji li joperaw f’diversi setturi. Żied jispjega wkoll li dan ir-roħs sar fi żmien fejn diversi ħaddiema qed jirċievu għajnuna mill-Gvern biex iħarsu l-impjieg tagħhom fid-dawl tal-imxija tal-Coronavirus.
Hawnhekk temm jingħad li l-Gvern se jibqa’ kommess li jgħin b’kull mod lill-familji Maltin u Għawdxin.