Minn għada l-Kurja tal-Arċisqof, inkluż l-Uffiċċju taż-Żwiġijiet u l-uffiċċju ċentrali tal-Caritas, il-Furjana, u t-Tribunali Ekkleżjastiċi fil-Belt Valletta ser jerġgħu jiftħu għall-pubbliku.
Bħala prekawzjoni kull min jżur dawn l-uffiċċji għandu jagħmel appuntament qabel kif ukoll jilbes maskra jew visor meta jmorru fl-uffiċini.