Minn għada se jibda l-proġett tal-junction ta’ Pembroke.
Dan tħabbar mill-aġenzja Transport Malta, f’kitba fuq Facebook, fejn intqal li dawk li se jgħaddu minn din iż-żona għandhom jobdu s-sinjali tat-traffiku li tweħħlu għal dan il-proġett.
Transport Malta spjegat li għal min joħroġ minn Pembroke u jrid imur lejn is-Swieqi, għandhom jgħaddu mill-Park and Ride ta’ din il-lokalità għal Triq Dun G. Farrugia, imbagħad jgħaddi minn Triq Sant’ Andrija.
Dawn li jivvjaġġaw minn San Ġiljan għal Pembroke għandhom dritt tul Triq Sant’ Andrija u fir-roundabout għandhom jduru biex jidħlu għal din il-lokalità minn Triq Suffolk.
Is-sewwieqa li jaslu minn Triq il-Kosta jridu jidħlu minn Pembroke.
Waqt li t-traffiku li joħroġ minn Pembroke lejn San Ġiljan se jibqa’ mhux affettwat matul dan il-perjodu.