Minn għada, it-Tlieta sa nhar il-Ħadd li ġej, id-dokumenti tal-voti se jibdew jitqassmu mill-għases rispettivi, hekk kif spiċċa t-tqassim tad-dokumenti tal-voti ġewwa r-residenzi. Stqarr dan il-Kap tal-uffiċju elettorali tal-Partit Laburista Louis Gatt, waqt intervent fuq OneNewsBreakfast.
Stqarr li għad fadal 37,400 dokument x’jinġabru, dan iffiser li 11% tal-elettorat eliġibbli għadu mghadhom ma gabrux d-dokument tal-vot. Louis Gatt spjega wkoll kif dawk l-anzjani li jinsabu f’xi dar residenzjali li fiha jgħixu iktar minn 50 persuna, se jkunu qed jivvutaw fis-sebgħa u għoxrin ta’ Mejju fid-djar tal-anzjani stess.
Nhar is-Sibt hija wkoll il-gurnata li fiha jistghu jivvutaw dawk il-votanti li se jkunu msiefrin fit-tlieta ta’ Gunju. Fost dawn hemm diversi Maltin li se jkunu msiefrin fit-Tlieta ta’ Ġunju.
Kull min se jkun msiefer għadu fiċ-ċans li jagħmel arranġamenti speċjali mal-Air Malta u jista jċempel fuq in-numru 25991230 biex jibbukja t-titjiera li għandu bżonn. Dawk il-persuni li għandhom xi problemi ta’ mobilita jistgħu jikkuntatjaw l-uffiċju elettorali tal-Partit Laburista fuq in-numru 80072250 .
Segwi il-filmat għal iktar informazzjoni hawnhekk.