Minn għada, il-Ħamis l-1 t’Ottubru, l-ammont massimu ta’ persuni li jistgħu jinġemgħu fi grupp fi spazji pubbliċi se jonqos minn 15-il persuna għal 10 persuni.
Dan tħabbar fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa li tenna li din il-miżura għandha l-għan li tillimitata iżjed it-tixrid l-imxija ta’ COVID-19.
L-istqarrija spjegat li fi spazji pubbliċi, gruppi ta’ aktar minn 10 persuni ser ikunu projbiti u tapplika wkoll għal kjus u kjus fuq stejġ tal-karozzi tal-linja. Dan sakemm ma tinżammx id-distanza soċjali bejniethom.
L-istqarrija temmet tgħid li din il-miżura ma tapplikax għal persuni li jgħixu fl-istess residenza.