Fi stqarrija, l-Ministeru tas-Saħħa ħabbar minn għada t-Tlieta, 22 ta’ Diċembru 2020 se jkun hemm l-obbligu ta’ kwarantina mandatorja ta’ 14-il Gurnata għal titjiriet li jaslu Malta mir-Renju Unit. Dan fid-dawl tal-varjant il-ġdid tal-COVID-19 li nstab f’pazjenti f’dan il-pajjiż.
Din id-decizjoni hija waħda temporanja anke għaliex l-Awtoritajiet tas-saħħa Maltin qegħdin isegwu mill-qrib l-iżviluppi fir-Renju Unit filwaqt li qed jipparteċipaw f’diskussjonijiet mal-Unjoni Ewropea dwar din is-sitwazzjoni sabiex eventwalment anke jkun hemm pożizzjoni u direzzjoni mill-istess Unjoni.
Diversi pajjiżi Ewropej ukoll ħadu azzjoni temporanja fil-konfront tar-Renju Unit fosthom l-Irlanda u Franza. Bi Franza tgħalaq il-Euro Tunnel għal 48 siegħa b’konsegwenza li waqfu t-traġitti kollha bit-triq u l-ferrovija, lejn u’l barra mir-Renju Unit.