Il-Gvern beda jingaġġa numru ta’ professjonisti biex jifformaw timijiet multidixxiplinarji magħmula minn ħaddiema soċjali, terapisti tal-familja, councillors , psikologisti u psikoterapisti, biex jissaħħaħ is-servizz fil-komunità fost famiji li għandhom bżonn din l-għajnuna.
Wara li xi ġimgħat ilu inġiebu Malta specjalisti mill-Università Amerikana ta’ Seattle biex iħarrgu lil dawn l-istess ħaddiema fi programm ibażżat fuq evidenza xjentifika, ‘The Incredible Years Positive Parenting’, il-bierah regghu waslu Malta dawn l-istess professjonisti biex ikomplu jħarrġu il-ħaddiema f’livell avvanzat.
Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia qal li minn għada se jkompli it-taħrig fost il-ħaddiema.
L-għan ta’ dan il-programm huwa biex permezz ta’ dawn it-timijet multidixxiplinarji jgħinu lill-familji jintegraw mat-tfal bi problemi ta’ trobbija u b’hekk ikunu evitati problemi soċjali li xi drabi jwasslu biex jinħargu ordnijiet ta’ ħarsien.