Wara li ngħalqu fis-16 ta’ Marzu li għassa bħala mezz ta’ prevenzjoni, ir-Reġistri tal-Qrati se jerġgħu jinfetħu u jibdew joperaw minn għada. Dan ifisser li persuna tkun tista’ tippreżenta atti ġudizzjarji fir-reġistru tal-qorti mingħajr il-bżonn li tippreżenta rikors għall-ftuħ tar-Reġistru tal-Qorti.
Fi stqarrija l-Ministeru għall-Ġustizzja spjega li tfassal ukoll pjan loġistiku biex jiddetermina mod sigur kif jopera r-reġistru f’dawn iż-żminijiet. Dan fost l-oħrajn billi jkun hemm sanitizers u maskli disponibbli. Fl-istess ħin twaħħal xi ħġieġ mal-imwejjed kollha f’kull reġistru biex ikunu protetti l-ħaddiema.
Minkejja kollox, professjonisti fil-qasam legali xorta qed tkun imħeġġa biex jagħmlu użu mis-servizzi online, inkluż il-preżentata ta’ ċertu atti li jinsabu fl-eCourts. Il-Ministeru għall-Ġustizzja temm jgħid li se jsegwi l-andament fir-reġistri tal-qrati biex jara li kollox jimxi kif maħsub kemm mil-lat leġistiku kif ukoll mil-lat legali.