Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri ħabbar li daħlu regoli ġodda dwar tpinġija fuq uffiċjali tal-Pulizija.
Fuq Facebook, il-Ministru Byron Camilleri sostna li tpinġija ma tiddeterminax il-kwalitajiet ta’ persuna, iżda persuna għandha tkun iġġudikata fuq ix-xogħol u l-professjonalità tiegħu jew tagħha.
Fil-fatt, spjega kif ir-regoli l-ġodda jirregolaw b’mod aktar modern tpinġija fuq l-uffiċjali tal-Pulizija.
Dawn jinkludu li tpinġija fuq il-wiċċ, l-għonq u l-pala tal-id huma projbiti ħlief għal raġunijiet mediċi, filwaqt li tattoos espliċiti, vulgari, marbuta ma politika jew diskriminazzjoni, jew tpinġija oħra kontra l-linji gwida ġodda huma projbiti wkoll.
Sostna wkoll li mhux ser ikun hemm l-obbligu li tattoo skont il-policy tkun mgħottija.
Il-Ministru Byron Camilleri temm jgħid li dawn ir-regoli japplikaw kemm għall-membri preżenti u anke għal dawk li huma mħajjra japplikaw f’sejħa li hija miftuħa.