Minn għada jibdew jitħallsu l-pensjonijiet biż-żieda mħabbra fil-Budget 2024, bit-tema ‘Malta Ġusta.’
Qal dan il-Prim Ministru Robert Abela f’kitba fuq il-midja soċjali, fejn li “tajna kelma li nkunu Gvern ta’ spalla għall-pensjonanti u dik il-kelma żammejnieha u se nibqgħu nżommuha.”
Il-Baġit għall-2024 se jagħti d-disa’ żieda konsekuttiva fil-pensjonijiet, biex b’hekk Gvern Laburista kompla jwieżen lill-anzjani.
Fost l-oħrajn, biż-żieda tal-għoli tal-ħajja inklużi, il-pensjonanti Maltin u Għawdxin se jkunu qed jaraw żieda ta’ €15 fil-ġimgħa, li hi ekwivalenti għal €780 fis-sena.
Din hi l-akbar żieda li qatt ħadu l-pensjonanti f’sena waħda.