Il-Gvern se jkun qed iżid l-għotjiet finanzjarji li jinċentivaw ix-xiri ta’ vetturi li jaħdmu bl-elettriku jew li huma plug-in hybrid.
Din iż-żieda se tkun waħda ta’ €3,000.
B’hekk l-iskema se tkun qed tiggarantixxi għotja sa massimu ta’ €12,000, inkluż l-iskrappjar.
Qabel l-għotja kienet ta’ €8,000 u issa se tkun ta’ €11,000.
Din l-iskema se tkun qed tidħol fis-seħħ minn għada flok mill-bidu tas-sena d-dieħla.
Intant għal sena oħra tħabbar ukoll li se jiġu estiżi l-miżuri marbutin ma’ xiri ta’ vetturi elettriċi li jinkludu ħelsien mit-taxxa ta’ reġistrazzjoni u eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzja annwali tat-triq għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-ewwel reġistrazzjoni.
Dan japplika għal vetturi elettriċi u anke għall-vetturi elettriċi plug-in.
Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Clyde Caruana tkellem ukoll dwar l-importanza ta’ invesiment f’infrastruttura ta’ charging points madwar il-pajjiż aktar b’saħħitha.
Għalhekk ħabbar li fit-tliet snin li ġejjin madwar il-pajjiż, il-Gvern se jkun qed ipoġġi madwar 1,200 charging point.
Dan anke sabiex il-pajjiż ikompli miexi lejn il-miri li fassal ta’ dikarbonizzazzjoni.