Transport Malta se tkun qed tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-priority lane fi Triq ix-Xatt il-Gżira bejn għada l-1 ta’ Marzu fid-9.00 ta’ filgħodu u s-Sibt 4 ta’ Marzu 2017.
Din il-karreġġjata ser tkun magħluqa f’partijiet kif jitlob ix-xogħol. Is-servizz tat-trasport pubbliku mhux ser jiġi affettwat imma l-karozzi tal-linja ser jgħaddu mill-karreġġjata ta’ barra kif meħtieġ. Din il-priority lane bħalissa tinsab sospiża biex tgħin fit-traffiku waqt ix-xogħlijiet fuq il-proġett tal-Kappara.
Is-sewwieqa huma mitluba jsuqu bil-galbu u jsegwu l-istruzzjonijiet mill-uffiċjali fuq il-post.