Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Komunitajiet Alex Muscat inawguraw ir-rinovar taċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Gżira, b’investiment ta’ miljun u sitt mitt elf ewro.
Id-Deputat Prim Ministru qal kif mill-Ġimgħa, dan iċ-ċentru se jerġa’ jibda jilqa’ l-pazjenti.
Dan iċ-ċentru għandu faċilitajiet ġodda, fosthom lift, kamra fejn jistgħu jsiru x-rays u anki generators.
Apparti s-servizz ta’ tabib, f’dan iċ-ċentru se jkun hemm fejn tingħata kura f’każ ta’ emerġenza, it-teħid tad-demm, klinika tas-saħħa mentali u servizz ta’ tilqim fost oħrajn.
Il-ftuħ mill-ġlied ta’ dan iċ-ċentru huwa parti minn kullana ta’ ftuħ ta’ bereġ u proġetti oħra li se jkomplu jsaħħu l-għoti tal-kura fil-komunità.
Qal, “Kif ukoll mixi tajjeb ix-xogħol fuq iċ-ċentru tas-saħħa ġdid li se jkollna fil-Victoria, Għawdex, fir-Rabat Għawdex u bħal ma tafu intkom mexjin b’rata avvanzata ħafna x-xogħol li qed isir fuq iċ-ċentru reġjonali kbir Ċensu Moran ġewwa Raħal Ġdid, illi se jkun qed jilqa’ l-ewwel pazjenti lejn l-aħħar ta’ din is-sena stess.”
Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat qal kif permezz tal-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali nfetħu ħmistax-il ċentru tas-saħħa jew bereġ.
Saħaq li minn fost oħrajn, il-programm ta’ residenza, ġew investiti għaxar miljun ewro flok ġew intaxxati n-nies biex ikollna dawn it-tip ta’ ċentri tas-saħħa.
Qal, “Il-ħsieb wara inizjattiva bħal tal-lum, fejn filfatt ninsabu fil-Gżira u qed ninawguraw. Iċ-ċentru tas-saħħa huwa sempliċi ħafna illi min għandu bżonn il-kura primarja għandu jinqegħda fil-komunità tiegħu stess. Kemm jista’ jkun qrib il-post fejn hu jew hi tgħix.”