Boris Johnson se jirritorna lura għax-xogħol nhar it-Tnejn wara pressjoni mill-Mexxej Laburista Ingliż u l-membri konservattivi biex jitneħħew xi miżuri ta’ lockdown.
Il-Prim Ministru Ingliż ser jerġa’ lura lejn Downing Street ġimagħtejn biss wara li kien qiegħed jiġi trattat għall-Coronavirus fis-sezzjoni tal-Kura intensiva.
Il-Mexxej Laburista Ingliż tefa’ pressjoni fuq il-Gvern sabiex jaħseb għal strateġija biex bil-mod jibda jneħħi miżuri imposti minħabba l-lockdown.
Diversi membri konservattivi li taw miljuni f’donazzjoni lill-partit Ingliż, ukoll qegħdin iħeġġu lill-Gvern sabiex jibdew ineħħu r-restrizzjonijiet ħalli l-ekonomija terġa’ tieħu spinta.